د . إAEDSRر . س

‘Taħsbux Li Kulħadd Bħalkom’: Read The Poignant Poem Recited During Yesterday’s National Protest

Article Featured Image

Amidst numerous political controversies and protests, certain art forms always manage to rise above the rest and summarise the current atmosphere in a way no other medium can. Over the weekend, one Maltese poem managed to do just that.

On Saturday, the lengthy poem was shared on Facebook by Antonio Tufigno. By the following day, it was so well received that Tufigno was asked to read out the poem at 2020’s first national protest.

The painfully poignant poem runs readers through some powerful realisations on the current situation on the island, and the intense need for change. Not to mention, of course, the reminder that not everyone is willing to willingly and silently accept all these controversies.

“Taħsbux li kulħadd bħalkom, li orrajt nirranġaw wara, l’issa nieħu ħsiebek jiena, u li b’hekk kulħadd jinxtara.”

Tufigno read out the poem yesterday following a National Protest that ended with a couple of speeches. Closing the afternoon off was Kunċert Kontra Korruzzjoni, featuring some of Malta’s biggest alternative acts.

“Issa itilqu u kaxkru magħkom dil-politika skifuża illi flok isservi l-proxxmu, tagħti premju ’l min jabbuża,” the poem urges, going on to lament the current corrupt state of affairs: “Qażżiztuna kollha taħsbu li biex tikseb is-suċċess, trid tkun taħkem għolja u tirfes bil-poter u l-kompromess.”

The poem does however end on a more hopeful note, stating demands that should appear fair and normal in a democratic country in the 21st century: “Kull ma rridu huwa biss li jsir is-sewwa.”

Below is the poem in its entirety:

Kemm hu ikrah li tkun intom

Id-dehen fikom nixef, sam

Niftakarkom tfal daħqana

Kbirtu ftit u mtlejtu dlam.

 

Hekk il-jumpers dritt warrabtu

F’daqqa waħda lbistu suit

Bdejtu tħawwlu ħolma ħalja

Dħaltu tħarbxu ġol-għanqbud.

 

Aħna niċħdu r-riżma tagħkom

Li biex tinħass importanti

Issus tkompli biex tiżgura

Lin-nies jibqgħu injoranti.

 

U lill-fqir intom ittarrxu

B’frak ta’ mirja żgħar miksura

Bl-intenzjoni ferm intensa

Li jkun kburi għax jibqa’ lura

 

Victory Kitchen bil-ħobż mgħaffeġ

Għadam laqx u interjura

Li jitferra’ f’duħħan leqqi

Fuq il-poplu b’ħafna kura.

 

U għal-lagħqi, għall-medjokri,

Għall-kretin u għall-beżżiegħ

Labirint ta’ ġid bla ħeda

Ftaħtu jqattar, sħun, bla qiegħ.

 

Xehda għasel ħelu jdellek

Illi ttellfek minn sensik

Li ma tistax toħroġ minnha

Mingħajr dnewwa u bla tifrik

 

Sadattant l-ilpup u l-ajkli

Ix-xakalli u predaturi

Ingħataw tron għal kull wieħed

Ġew trattati bl-ogħla unuri.

 

Ħalli komdi sħan u mxebba’

Jaraw prima fila l-massa

Tiġri tgħajjat għalenija

B’ferħ bla qiegħ tgħannaq l-ingassa.

 

Però min bl-absinthe tal-ħażen

Jibda jisker wisq ta’ spiss

Il-fallibiltà iżżuru

Tidħol għandu ‘nkiss inkiss.

 

Ventlatur spazju biżżejjed

Biex din tidħol mingħajr queue

Speċjalment għand min iħossu

Iktar bravu milli hu.

 

Ħsibtu ’l intom immortali

Kien hawn ħafna minn dan saħaq

Imma l-ħaqq jiggranfa b’dwiefru

U dan fl-aħħar lilkom laħaq

 

Għax jekk ħsibtu li l-ġustizzja

Tist’ għal dejjem tgħib mistura

Ħudu nifs qawwi ħa’ tifhmu

Illi ma tistax iddurha.

 

Reqqi l-pjan kien, u kull min

Kellu bżonn mill-ġid ’ġà xappap

Imma mhux perfett, kien jonqos,

Beda jbati u beda jzappap.

 

Annjentajtu ’l min qabadkom

U tiddieħku b’kull protesta

Minn għalikom ħarirgħażel

U li s-sodda komda u lesta.

 

Fej’ hemm bżonn, kontu miftiehma

Biex il-pjan jirnexxi żgur

Waqt is-sakra l-għelt inqala’

Għax fil-kċina hemm il-ksur.

 

Iss’ għawwarkom kulħadd jafu

Mal-irjieħ ilkoll imxandar

U flok mini Napuljuni

Issa isimkom jibqa’ immandar.

 

U taħsbux li kulħadd bħalkom

Li orrajt nirranġaw wara

L’issa nieħu ħsiebek jiena

U li b’hekk kulħadd jinxtara.

 

M’hemmx biss mogħoż,

Ċekkjaw il-listi

Fost il-baħħ

hemm min jeżisti.

 

U id-demm illi nixxejtu

Li gawdejtu b’tiegħu l-għadira

Ittrasforma u diġà nbidel

Qamet mewġa b’ragħwa kbira

 

Ftakru ‘ssa kuljum f’egħmilkom

Illi ma jeħtieġx kumment

U kif fost id-dnubiet kollha

l-agħar il-qtil u t-tradiment.

 

Issa itilqu u kaxkru magħkom

Dil-politika skifuża

Illi flok isservi l-proxxmu

Tagħti premju ’l min jabbuża

 

Ħudu magħkom kull min laqat

Mas-sadid ta’ dil-ħadida

Ma rridux il-korruzzjoni

Rridu lkoll politka ġdida.

 

Gvern magħmul minn nies umani

Mhux awtomi tal-ħniżrija

Moħħhom biss fil-gwadann bikri

U li jfottu f’kull tiġrija.

 

Qażżiztuna kollha taħsbu

Li biex tikseb is-suċċess

Trid tkun taħkem għolja u tirfes

Bil-poter u l-kompromess.

 

Dil-politka tal-bla ħila

Tal-falluti u l-lagħqin

Trid tinqata’ u tindifen

Dil-minuta, dan il-ħin.

 

Ftakru wkoll li kull ma rridu

Huwa biss li jsir is-sewwa

Id-dnub tagħkom, minnkom twieled

Tagħkom stess intom l-għedewwa.

Share this post if you think more people need to read this

READ NEXT: The Long-Awaited Maltese Educational Campaign For Cannabis Has Begun…. And It Barely Mentions Cannabis

Lovin Malta's Head of Content, Dave has been in journalism for the better half of the last decade. Prefers Instagram, but has been known to doomscroll on TikTok. Loves chicken, women's clothes and Kanye West (most of the time).

You may also love

View All