د . إAEDSRر . س

5 Kelmiet Li Taħsibhom Ingliżi Imma Mhumiex

0
Article Featured Image

Goaler

1. Goaler

Jista’ jkun toqbi, passatur, mixtri… Bl-Ingliż jissejjaħ goalkeeper, keeper, goalie, iżda goaler le. Tidher Ingliża kemm trid imma goaler aħna l-Maltin ħloqnieha. Għall-ġurament, il-kelma goaler tintuża fl-Ingliż tal-Kanada, imma tirreferi għall-goalkeeper tal-ice hockey, u aktarx ġejja mill-Franċiż mitħaddet il-Kanada gôleur; jiġifieri m’għandhiex x’taqsam mal-goaler tagħna.

Ezgif Com Resize 6
Muscles

2. Muscles

“Shazanaya, għedtlek ilbes dawk il-muscels għax tegħreq”. Din kieku ssibha fl-Ingliż, iżda tfisser ħaġa oħra. Il-muscles tal-Ingliż huma l-muskoli tal-ġisem, u l-muscles ta’ Shazanaya huma l-armbands jew il-water wings. Ġieli jsejħulhom swimmies jew floaties, però mhux muscles. Dik tifsira ġdida li tajniehom aħna l-Maltin… bħalma għamilna fil-każ tat-tyre tal-għawm (bl-Ingliż swim ring). U ija, mhux l-aqwa li żżomm fil-wiċċ!

Ezgif Com Crop 18
Learner

3. Learner

“Il-learner qalli biex nagħfas il-gass”. Normalment min jgħallem jiġi l-instructor u min jitgħallem il-learner. Però aħna qlibniehom ta’ taħt fuq. Fil-kuntest tal-karozzi, il-learner hu d-driving instructor! Ħawwadni ħa nifhmek, Lilly. 

Ezgif Com Resize 7
Pocket

4. Pocket

Din ukoll issibha fl-Ingliż, imma tfisser but. Għalina l-Maltin il-pocket hu l-pencil case jew il-pencil box. Kif minn but ta’ qalziet saret tfisser kaxxa għal-lapsijiet, il-biros u l-gomom, il-Bambin biss jaf. 

Ezgif Com Crop 20
Stick

5. Stick

L-omm: “Jekk taqa’ nkompli ntik”.
It-tifel joħodha għal ħalqu, isir sticker mal-art.
L-omm: “Issa tikber u tinsa. Ejja ħa nagħmillek stick fuq il-ferita”.
Bl-Ingliż sticking plaster jew adhesive bandage. Imma bil-Malti stick. Sillaba waħda u barra bid-daqqa.

Giphy

Bonus: Very good

“Agħmel salib jew very good fil-kaxxa”. Bl-Ingliż jissejjaħ check mark jew tick (✓). Imma bil-Malti very good. Għax aħna frażi magħmula minn avverbju u aġġettiv kapaċi nġibuha nom. Ħudha ma’ saqajk Queen Lizzy.

Ezgif Com Crop

Share this post with a friend you know will absolutely love these!

READ NEXT: 5 Kelmiet Li Jidhru Ħamalli Imma Mhumiex

You may also love

View All

Thank you for subscribing!

Your email has been added to our list.

lovinmalta.com says

Do you agree to share your location with us?