د . إAEDSRر . س

5 Kelmiet Tal-Bass

Article Featured Image

1. Spara

Spara

Nibdew bil-kliem pulit. Jekk tkun trid titkellem fuq dan is-suġġett delikat bla ma toffendi s-sentimenti
ta’ ħadd, hemm skoss ewfemiżmi li tista’ tuża, bħal:

spara

“Ħanina dinja x’jispara llejla missierek!”

tefa’

“Għadu kif tefa’ tnejn, nittinha kamra”

fajjar

“In-nanna billejl tgħidx kemm tfajjar minn wara”

fewwaħ

“Prosit għalik! Fewwaħt kulm’hawn. Mur iftaħ dik it-tieqa!” 

ċarrat

“Ajma x’għamlitlu dik il-fażola kollha, ilu jċarrat!” 

xeħet

“Ieqaf ixħet fwieħa għax se toqtolna” 

telaq

“Qaħba xi ntiena! Min reġa’ telaqha?” 

2. Xatrambatra

Xatra

Ingredjenti: Qaratwila mnixxfa u mħaffra minn ġewwa u ikla fażola nobis.

Metodu: Sajjar platt fażola u aħartu. Stenna ftit. Kif jibda ġej il-brim, mur fis-sodda. Daħħal il-qaratwila
miegħek fil-friex u meta tħossha ġejja, itlaqha ġo fiha ħalli r-riħa ma tinfirixx fis-sodda. Hekk kienu jagħmlu l-antiki. Speċi ta’ silencer għall-bnedmin. 

L-invenzjoni tas-seklu. 

3. Fiswa

Fiswa

Bl-Ingliż jgħidulha silent but deadly. Għax hekk tkun fiswa: bassa bla ħoss li meta xxommha tħoss
iċ-ċelloli ta’ mnieħrek imutu waħda wara l-oħra. Il-Malti jgħid: Bassa daħka u fiswa ġlieda. Għax billi
fiswa ma tinstemax, ħadd ma jammettiha. Fiswa nużawha wkoll għal min ilablab u jpeċlaq, għal
min sigriet ma jafx iżommu. 

Anki l-verb, fesa,
għandu dawn iż-żewġ tifsiriet: 

(1) titlaq ftit riħ jinten minn wara bla ħoss

(2) tikxef dak li tkun
smajt, tmur tgħidu lil min ma jmissux ikun jaf. U b’dan il-verb għandna qawl: Min ma jbossx jifsa.
Jiġifieri min ma jidħakx bik f’wiċċek, għid li se jidħak bik minn taħt. 

“X’int fiswa!”

“Dak fiswa, kulma jisma’ jmur jgħidu”

4. Gass

Gass

“Għandi xebgħa gass”

“Qabadni l-gass”

“Piff, ilu jitfa’ gass”

Din kelma oħra li nużawha biex nirreferu għar-riħ li nkeċċu minn wara, bil-ħoss jew bla ħoss, bir-
riħa jew bla riħa. Forsi nużawha għax tirrima ma’ bass. Nużaw ukoll il-verb, iggassja. “Int ħa tieqaf
tboss? Iggassjajt sala sħiħa”. 

5. Bass

Bass

Din kelma versatili ħafna. Tista’ tkun nom (x’riħa ta’ bass) jew verb (bassli f’wiċċi). U għandha
ħafna sensi differenti. Dawn xi wħud minnhom: 

  • defsa, antipatku: “ma tistax tboss bih/quddiemu”
  • xi ħaġa kbira, qawwija: “għandu riħ/dejn iboss; illum riħ isfel iboss”
  • tibbuja lil xi ħadd: “xħin tela’ fuq il-palk bdew ibossulu u jidħku bih”
  • tiftaħar b’li mhux tiegħek: “bass b’sorm ħaddieħor”
  • tgerfex: “qed tħallat il-ħass mal-bass”
  • min iħobb jindaħal: “tkunx bassa!” 
  • kulma jisma’ jmur jgħidu: “mort tpeċlaq hux, ja bassa l’int!”

U jekk ma kienx biżżejjed li jkollna verb apposta għal meta titltaqha bil-ħoss u verb apposta għal meta titlaqha bla ħoss (u b’riħa tinten seba’ pesti), bil-Malti għandna wkoll il-verb basbas, kelma speċjali għal min iboss waħda ġ’oħra: “Ilu kwarta fuq il-loki jbasbas u jitqanżaħ u xorta ma jistax jagħmel”

Tag a bassa!

READ NEXT: 6 Kelmiet Anali

Lovin Malta's Head of Content, Dave has been in journalism for the better half of the last decade. Prefers Instagram, but has been known to doomscroll on TikTok. Loves chicken, women's clothes and Kanye West (most of the time).

You may also love

View All