د . إAEDSRر . س

5 Kelmiet Tal-Kokò

Article Featured Image

F’dan il-qasam, il-vokabolarju Malti tgħidx kemm hu għani. Tal-għaġeb id-distinzjonijiet fini li jagħmel bejn it-tipi differenti li jeżistu: skont il-forma, il-konsistenza, min jagħmlu, kif jagħmlu…

1. Qallut

Qallut

Meta jkun solidu u jkollu għamla ta’ ċilindru, tawwali u tond, jissejjaħ qallut. Hekk ukoll jissejjaħ xi ħadd qasir, magħmul żgħir, li jkun mingħalih xi ħaġa. Bilkemm ilaħħaq magħna u ġej jindaħal ja qallut li hu!

Ezgif Com Crop 1

2. Redus

Redus

Jekk ikun boċċi boċċi, żgħir u tond qisu żibeġ, kif ikun tal-fniek, tal-mogħoż u tal-ġrieden, jissejjaħ redus. Ta’ Ħal Tarxien isibuhom Tar-Redus, għax fl-antik kienu jirgħu ħafna nagħaġ u mogħoż, u ħeqq dawn kienu jħammġu, bħalma jagħmlu l-annimali kollha. U baqgħatilhom ta’ hekk.

Ezgif Com Crop

3. Rawta

Rawta

Rawta hi l-eskrement ta’ bhima bħal baqra, bagħal jew barri. Ħafna rawt imbagħad jiġi demel. Din il-kelma tintuża wkoll bħala tgħajjira, fis-sens ta’ xi ħadd kiesaħ, beżqa, dardira: U agħlaq ħalqek, ja rawta ħara! inkella Trid tkun vera rawta biex tkellimha hekk lil ommok.

Ezgif Com Crop 2

4. Selħ

Selh

Il-ħmieġ maħlul tat-tajr bħat-tiġieġ u l-ħamiem jgħidulu selħ jew slieħ. La titla’ fuq il-bejt biex taqla’ l- ħwejjeġ u ssib roqgħa ħadra fil-kannella mċafalsa mal-qmis li tkun għadek kif ħsilt, taf x’għandek issejħilha!

Ezgif Com Crop 3

5. Bagħar

Bagħar

Il-ħmieġ taż-żwiemel u l-ħmir, u ġieli tal-baqar ukoll, jissejjaħ bagħar. Meta jinxef jużawh biex idemmlu r-raba’, u fl-antik kienu jużawh biex ikebbsu n-nar f’xi forn. Għal xi ħadd ikrah dagħwa f’xi rħula jgħidu: Qisu bagħra!

Ezgif Com Crop 4

Bonus: Ħara

Ħara

Dulcis in fundo, kelma flessibbli għall-aħħar. Tista’ tkun verb (it-tifel ħara taħtu), nom (piff x’riħa ta’ ħara) u anki aġġettiv (ilbieraħ kont ħara mejjet). U jista’ jkollha elf tifsira differenti:

  • oħxon: qisu tank/xkora ħara
  • fonqla, qanżħa: kemm għandu ħara u sinifiteti
  • fis-sakra: is-Sibt tgħidx kif saret ħara
  • ħażin ħafna: pizza togħma ta’ ħara; fil-kunċert kellhom ħoss tal-ħara
  • qżież: kemm huma żibel, ja qatta ħara
  • xortih tajba: reġa’ rebaħ, għandu ħara ma’ sormu
  • sfortunat: kulma jmiss isirlu ħara
  • tost: li ma kellekx wiċċek imċappas bil-ħara terġa’ tiġi tittallab quddiemi
  • ħmar, baħnan: ħariġni ta’ ħara quddiem kulħadd
  • peċluq: ma tistax taħra bih, kulma jisma’ jmur jgħidu
  • sinjurun: dak il-flus jaħrahom
  • bla ħila, ma jinqalax: lanqas jaf jaħra li ma kellux sormu ’l isfel
  • maħmuġ inkallat: jaħra f’qalzietu jonqos
  • egoist: waħdu jiekol u waħdu jaħra
  • għala biebu: jien se nagħmel li rrid, ħarja f’wiċċ kulħadd
  • fiswa, antipatku: kemm iħobb jindaħal ja ħarja li hu
  • bla ħeġġa: dejjem hemm mitluq, donnu ħarja fix-xemx
  • ħmerija, paprata: illallu x’ħarja għamilt
  • assolutament xejn: tah ħarja f’wiċċu

U fl-aħħar nett, tinsiex x’għid il-Malti:

Min ma jistħix jaħralek f’idejk, tistħix iċċappashulu ma’ wiċċu! 

Ezgif Com Crop 5

Share this post with someone who’ll enjoy the giggle!

READ NEXT: 5 Ittri Li Saru Espressjoni

You may also love

View All