د . إAEDSRر . س

5 Malapropiżmi Komuni

1
Article Featured Image

Mala…xiex? Malapropiżmu hu l-użu ta’ kelma flok oħra li tkun tixbahha ħafna. Bħal meta bl-Ingliż xi ħadd jgħid “for all intensive purposes” flok “for all intents and purposes” inkella “I love to dance the flamingo” flok “flamenco”. Ara ġejjin ħamsa komuni ħafna fil-Malti. 

1. Xbin u ġbin

Xbin

Xbin hu ħabib, xi ħadd li tafu sew. 

Il-ġbin hu l-ogħla parti tal-wiċċ, il-wesgħa minn fuq il-ħuġbejn sa fejn jibda x-xagħar. 

Mela niktbu “kif int xbin?” mhux “kif int ġbin?” 

…sakemm ma tkunx qed titkellem mal-għaraq ta’ ġbinek. 

Img 8

2. Il-lbieba u l-bieba

Bieba

Il-lbieba hi l-qalba tal-ħobż.

Il-bieba tal-cupboard jew tal-karozza.

Mela niktbu “il-lbieba tal-ħobż” mhux “il-bieba tal-ħobż”

…sakemm ma tikolx xi daqqa ta’ bieba. 

Capture

3. Seffaq u saqqaf 

Seffaq

Seffaq marbut ma’ sfiq, jiġifieri wiċċu jagħtih.

Saqqaf marbut ma’ saqaf.

Mela niktbu “isseffaq wiċċek” mhux “issaqqaf wiċċek”

…sakemm ma tkunx tatek permess il-MEPA tibni saqaf fuq wiċċek. 

No Way

4. Qalfat u qanfed 

Qalfat

Qalfat ifisser keċċa, tefa’ ’l barra.

Qanfed ifisser ħarbat ix-xagħar, qajmu, gerfxu.

Mela niktbu “qalftu ’l barra” mhux “qanfdu ’l barra”

…sakemm ma qagħadx iqanfidlu xagħru qabel ma qalftu ’l barra. 

Whiitt

5. Żejt u żejjed

Zejt

Żejt hu l-likwidu li ssajjar bih.

Żejjed hu l-wisq, l-eċċessiv.

Mela niktbu “taż-żejjed u n-nieqes” mhux “taż-żejt u n-nieqes”

…issa stampaha f’moħħok u terġax, għax iż-żejt kollu żejjed. 

Essshh

Share this post with someone who always gets these wrong.

READ NEXT: 5 Ittri Li Saru Espressjoni

You may also love

View All

Thank you for subscribing!

Your email has been added to our list.

lovinmalta.com says

Do you agree to share your location with us?