د . إAEDSRر . س

5 Frażijiet Li Aħjar Tieqaf Tgħidhom

Article Featured Image

Due to the site’s formatting, some Maltese characters won’t be displayed on certain browsers.

Tawtoloġija hi l-kelma teknika għal skoss paroli fil-vojt. Meta l-istess ħaġa tgħidha darbtejn fi kliem differenti, tkun użajt tawtoloġija. Bħal meta xi ħadd bl-Ingliż jgħid “They arrived one after the other in succession”. No shit, Sherlock! Inkella xi ġawhra tat-tip “I loved reading Paul’s autobiography of his own life.” Jekk l-awtobijografija?! Ma naħsibx li kienet ta’ zitek!

 Ara ġejjin ħames tawtoloġiji Maltin li ma nifilħux nisimgħuhom aktar. Bil-Malti, #aqtagħli

1. Irritorna lura

Irritorna

Tirritorna tfisser tiġi lura. Mela x’tambiha dik il-lura? Qaċċat. Jew irritorna u daqshekk (irritorna d-dar) jew ġie lura (ġie lura d-dar). Ftehemna?! 

Ezgif Com Crop

2. Rigal b’xejn

Rigal

Mur obsor għalik! Lilek qatt tawk rigal u mbagħad talbuk tħallas għalih? Mela agħti rigal lill-umanità u ieqaf għid il-kazzati. Arjurant! 

Kevin Spacey Sarcastic Are You Kidding Me Reaction Gif

3. Iddebutta għall-ewwel darba

Debuit

Tiddebutta tfisser tidher fil-pubbliku tkanta, tirreċta, eċċ. għall-ewwel darba. Għall-ewwel darba. Għal min idum ma jieħu, għall-ewwel darba hi parti mit-tifsira ta’ tiddebutta. Nixegħlu waħda moħħna qabel niftħu ħalqna, xi tgħid?  

8258850 Orig

4. Avvanza ’l quddiem

Avvanza

Tkun qed tara logħba futbol u minn fomm il-kummentatur toħroġ perla tat-tip “l-attakkant ikompli javvanza ’l quddiem”. Missu javvanza lura! U ħallina minnek.

Wow Gif Aubrey Plaza Not Impressed Sarcastic Safety Not Guaranteed

5. Sorpriża mhux mistennija

Sorpriza

X’taqbad tgħid? Hekk kif irritornaw lura d-dar ħadu sorpriża mhux mistennija: binthom avvanzat ’il quddiem fil-karriera tagħha u x-xahar id-dieħel se tiddebutta għall-ewwel darba fit-teatru. Dan kien bla dubju l-isbaħ rigal b’xejn li qatt tathom. 

Mur iddobba qargħa!

Giphy

Tag a friend who’s guilty of saying these

READ NEXT: 11 Better Ways To Say Thank You In Maltese

You may also love

View All