د . إAEDSRر . س

Ħaġa Moħġaġa Doppju Sens

Article Featured Image

Editorial note: due to formatting, the Maltese characters only show up on mobile.

1. Twil, jibda bir-ras, jispiċċa bil-bajd.

Enrvous

Ir-Randan. Mhux ovvja?

2. Żaqqek ma’ daharha u b’subgħajk tagħraxha.

12 0

Kitarra.

3. Raġel iġibha, tifel ma jġibhiex. Tibda bil-L, tispiċċa bl-A. X’inhi?

914802 Ladies Laughing

Il-liċenzja. Fejn sejjer b’rasek?

4. Xofftok ma’ xoffitha, u sebgħek ġo toqbitha. X’inhi?

Nervous

Kikkra. Xi ħsibt?

5. Ta’ Borg Olivier twil. Ta’ Gonzi qasir. Ir-raġel itih lill-mara meta jiżżewġu. Is-sorijiet m’għandhomx. Il-patrijiet għandhom. Il-papa għandu wieħed imma ma jużahx. 

Laugh 3

Kunjom. Ħeqq xi tridu jkun?

6. Tgħaddih minn bejn sidrek u ddaħħlu ġo toqba. X’inhu?

Nervous Man 510

Is-seat belt. Mur aħsel moħħok.

7. Daqqa iebes, daqqa artab. Jibda biż-Ż jispiċċa bil-B.

Play Nervous Game 58F4Fb025Db97F86

Żbib. Ħaħa, qbadtek!

8. Abjad, karti mhuwiex. Iwaħħal, kolla mhuwiex. Aħjar tobżqu milli tibilgħu.

Wicked Grin

It-toothpaste. Il-Magħtab lanqas jibda ma’ moħħok.  

9. Jidħol xott, joħroġ imxarrab. Jidħol iebes, joħroġ artab.

Panic

L-għaġin jew il-biskuttell li tbill fit-te. 

10. Iddum biex iġġibha. U meta ġġibha ttajjarha mill-ewwel.

Laughing8

Il-paga. Nittien!   

Share this post with a friend who has a dirty mind

READ NEXT: 5 kelmiet ivvintati 18+

You may also love

View All