د . إAEDSRر . س

6 Kelmiet Anali

Article Featured Image

Ta’ min sod u wieqaf, ta’ min imdendel u mpaħpaħ. Ta’ min żgħir u tond, ta’ min kbir u ppuppat. Ta’ min mgħotti, ta’ min mikxuf. Ta’ min kollu suf, ta’ min kollu ċellolite. Ta’ min dejjem imwaħħal mas-sufan, ta’ min jiżżegleg ma’ kull pass li jagħti. Ejja ngħidu kelma, anzi ħamsa, dwar il-warrani. 

1. Trafanal

Trafanal

Din kelma antika li kienet tintuża xi ħaġa hekk:

“Kif dejjaqtli t-trafanal!”

“Tridx tbusli t-trafanal?!”

It-trafanal, f’xi djaletti t-tafanal, hu t-toqba tal-warrani. Ħasra m’għadniex nużawha kelma bħal din. Waqt xi ġlieda tiswa mitqilha deheb. Nibdew kampanja nazzjonali għall-użu mill-ġdid tat-trafanal?

Caypvqw Us Aayjs3

2. Għajn

Ghajn

Meta ma nkunux irridu nsemmu l-kelma sorm, teħel magħna l-għajn. Aħseb waħda f’espressjoni bħal “kixef għajnu ma’ kulħadd”. Mhux għajnu jkun kixef. Hekk ukoll meta ngħidu:

“Busli għajni”

“Stmah f’għajnu”

“Kif dejjaqtli t-toqba t’għajni”

“Għandu ħafna ħara ma’ għajnu”

“Kemm inti ksir il-għajn”

Kif l-għajn, minn organu fil-wiċċ, saret ewfemiżmu għall-patata jibqa’ misteru in-sorm-ontabbli. 

James Franco

3. Tirma

Tirma

Tiftixa ta’ malajr ta’ din il-kelma fuq l-internet ittellagħlek sentenzi tat-tip (ikkupjati kelma b’kelma):

“Kulħadd irid imiss it-tirma”

“X’jaħseb li hu dan il-piżella proċessata mit-tirma?”

“Dan il-pajjiż meħjut mit-tirma”

“Kulħadd iparla mit-tirma”

“Tkun tista’ ddeffes żrinġijiet, friefet il-lejl, wiżgħat dritt fit-tirma”

B’dawn l-eżempji kkuluriti naħseb kulħadd fehem xi tfisser. Għal min idum biex jieħu, it-tirma magħrufa wkoll bħala t-TTS. U jekk lanqas din ma fhimt, mela nistiednek tmur tieħdu ħawda fiha.

Smiles

4. Tina

Tina

“Rajtha għaddejja b’tintha barra”

“Telagħlu musmar f’tintu”

It-tina, barra li hi frotta, hi wkoll il-warrani kollu kemm hu, biż-żewġ tebqiet, bix-xaqq u t-toqba b’kollox. Jiddispjaċini jekk bħalissa qed tiekol tina jew jekk jismek Tina. 

Spears

5. Sorm

Sorm

Insejħulu b’ħafna modi: il-patata, l-anus, it-tina, l-għajn, il-warrani. Imma qabilhom kollha kien hemm is-sorm, kelma li tintuża f’ħafna idjomi. Dawn xi ftit minnhom:

wiċċu u sormu xorta = tost, ma jistħi minn xejn

jitkellem minn sormu = li jgħid ma jagħmilx sens

tatu f’sormu = dejqitu, ittikatu, irritatu

xortih ma’ sormu = iffurtunat, xortih tajba

b’sormha = xurban, fis-sakra / bin-nervi, bil-geddum

mesaħ sormu bih = ittrattah ħażin, bla rispett ta’ xejn

għajnejk f’sormi = ngħiduha biex ma jisħtuniex

żewġt isrum f’qalziet wieħed = żewġt iħbieb dejjem flimkien

ħarab saqajh ma’ sormu = ħarab jiġri b’kemm kellu saħħa

xidja f’sorm ta’ patri = fitt, antipatku mill-kbar nett

irid kollox ma’ sormu = jistenna li dejjem jaqduh l-oħrajn bla ma jitħarrek

daħħal sebgħu f’sormu = bela’ kanna, kellu jitqanna’ b’xi ħaġa jew b’xi ħadd

mela għajnejk f’sormok? = min ma jarax xi ħaġa ċara, ovvja

li ma kellux sormu ’l isfel ma jafx jaħra = mhux kapaċi, bla ħila, ma jinqala’ għal xejn

Bigsmile

6. Il-karus

Karus

Ix-xaqq tal-warrani li jixref ħelu ħelu minn fuq il-qalziet ta’ xi bennej, ħaddiem tal-gvern, jew xi ħadd oħxon ħafna. “Joe dejjem bil-karus imperreċ ħalli jammirah kulħadd”.

Smile 3

BONUS: Tarzanelli

Tarzanelli

Biċċiet tat-toilet paper li wara l-imsiħ jibqgħu mdendlin mas-suf tal-warrani donnhom Tarzan jitbandal minn siġra għal oħra fil-qalba tal-ġungla. Fost l-oħrajn din il-kelma ssibha fil-lirika ta’ “Malta” tal-grupp Xtruppaw:

“Malta – ġbejniet u bigilla
Malta – fażola u bizzilla
Malta – fuq Xarabank
Malta – pastizz tal-piżelli
Malta – suf bit-tarzanelli
Malta – u qassatat
U Kinnie kiesaħ oh oh, inkantaw” 

67610A8E6E1Ad6Ec9582Ab0181Bf8B41

Tag an ass on Facebook!

READ NEXT: 5 Kelmiet Li Jidhru Ħamalli Imma Mhumiex

You may also love

View All