د . إAEDSRر . س

POEM: Lill-Maqrut tal-Belt

Article Featured Image

Valletta’s new entrance project has definitely elevated its status on the world’s stage to even higher than it ever was before. But with its arrival, some things which we have all come to know and love have had to be sacrificed. 

This poem by Andrea Grech La Rosa puts into words our feelings for what we’ll miss most about the old Valletta entrance. Warning: this one will hit you hard in the nostalgia.

Lill-Maqrut tal-Belt

Il-venda tal-Belt li tant rajnieh jixjieħ
qed jinbidel, imma żgur m’hinix se ninsieħ
għajjat, storbju u ftit kenn
xi mitt darba stennejt tal-linja hemm.

U issa li sa fl-aħħar ser jnaddfuħ
qed nikkontempla kif kien, fuq fuq
post fejn tiltaqa’ imma ma tagħqtax ħin
post li tgerger fuqu imma ilek tmur hemm snin.

Kull ma fadal il-funtana tat-Triton
Kbir u tond, forsi issa jibda jaħdem
Dawl miksur u Ilma jċarċar kullimkien
It-turisti japprezzawħ u aħna nadduħ biż-żmien

Imma l-aktar ħaġa li jiddispjaċini
li malli nidħol il-Belt biex ninvista l-offiċini
ma nistax aktar nixtri xi wieħed jew tnejn
minn dawk l-imqaret tajbin mitejn.

Veru mhux tajbin għas-saħħa
pero mhux kull ħaga għandha tagħha?!
Tant kont nistennihom b’hegga u herqa
Li kont lest ukoll naghmel xi serqa!

Dik ir-riħa tant speċjali
min dik il-kaxxa tal-perspex bl-imqaret ippakkjati
It-togħma tat-tamal u ta’ qagħli
biss naħseb fih żaqqi taqali!

Stajt niekolhom tlieta tlieta
Kont inżomm lura imħabba id-dieta
Joħorġu sħan u ftit imbasktin
Kemm jmorru tajjeb ma xi te u biskuttin!

Issa x’ħa nagħmel mingħajr il-maqrut
li ma’ qalbi tant kien marbut?
Ikolli nistenna sakemm jerġa jinfetaħ
Fuq ix-xwiek qiegħed, dalwaqt nitbellaħ!

Ha nsellimlek hawn o maqrut,
żmien il-għomor, inħossni tradut
Aħjar nieqaf issa,
saħħa u grazzi
J’Alla daqt narak
B’hekk ikun reġa’ hawn il-bnazzi.

Screen Shot 2017 01 23 At 08 15 52

Share this poem if you too will miss eating imqaret on your way into work!

READ NEXT: A Toast To The Humans Of The Triton Fountain Kiosks

You may also love

View All