5 Kelmiet Li Jidhru Ħamalli Imma Mhumiex

Lista għal min hu sħun, nittien, moħħu maħmuġ… jew forsi le.

Kelma Kelma Feature Photo

1. Foxxa

Foxxa

Fejn sejjer b’rasek? Foxxa hi mara ħoxna, mibruma, soda u godlija. Mara fiha qabda, biex niftiehmu. Fil-fatt fl-Ipoġew instabet statwa ta’ mara ħoxna mimduda li hi magħrufa bħala l-Foxxa ta’ Ħal Saflieni.

Giggle Gif1

2. Ħara

Hara

Le, mhux kif kont inti nhar is-Sibt. L-ewwel a mkarkra: ħaara. Il-ħara hi triq twila, żona, qasam art mibni bid-djar. Il-ħara tagħna tiġi fejn noqogħdu aħna bil-ġirien u djarhom, dik li bl-Ingliż tiġi neighbourhood.

Giggle Gif

3. Filoxx

Filoxx

Tip ta’ drapp irqiq qisu xibka, bl-Ingliż tulle, li npoġġuh fuq il-benniena tat-trabi biex ma jigdimhomx in-nemus u fuq il-ħelu jew il-ħobż biex ma jiġix id-dubbien fuqu. Jintuża wkoll fl-ilbies, speċjalment fil-libsa u l-velu tal-għarusa.

Giggle Gif2

4. Ħaxja

Haxja

Qed taqraha ħażin. L-a mkarkra wkoll: ħaaxja. Il-ħaxja hi bordura fuq ġenb ta’ pezza drapp, xifer mad-dawra tad-drapp man-nisġa biex ma jiżżarradx. Mhi erotika xejn.

Giggle Gif4

5. Moxxa

Moxxa

U kif nistgħu nħalluha barra? Il-ġbejna moxxa, ġbejna li tkun qed tinxef imma tkun għadha m’għaqditx għalkollox. Tkun bejn friska u niexfa… Issa mur naddaf moħħok!

Laugh

Share this post with a friend you know will absolutely love these!

READ NEXT: 5 Kelmiet Maltin fl-'Oxford English Dictionary'

Written By

Michael Spagnol

For more posts like these, check out 'Kelma Kelma' on Facebook.

Comments