د . إAEDSRر . س

5 Kelmiet Maltin fl-‘Oxford English Dictionary’

Article Featured Image

1. Dghaisa

Dghaisa

Jiktbuha dghaisa jew dghajsa jew dhiassa. L-għ ma teżistix. Naħfruhielhom. Imma dhiassa? Bis-serjetà?! Qishom jien meta nkun ħara mejjet u nipprova nibgħat messaġġ fis-2 ta’ filgħodu.

2. Karrozzin

Karozzin

Fil-ħarġa tal-21 ta’ Jannar 1972 tad-Daily Telegraph and Courier hemm miktub hekk: “They’re horse-drawn ‘karrozzins’, and each one is so beautifully painted.”

Karrozzins? Veru li l-Malti għandu l-plural sħiħ u l-plural miksur, imma dawn kissruh ta’ veru l-plural.

3. Lampuki

Lampuki

Il-lampuki aħna nsajruhom b’elf mod differenti. Nixwuhom. Naqluhom biz-zalza tal-kappar. Nixħtuhom fl-aljotta. Fit-torti. Fil-pastizzi… U f’ħalq l-Ingliżi.

4. Spitchered

Spitchered

Din il-kelma tal-ġenn! Taf int, il-Maltin ilsienhom ġieli ma jdurilhomx u jgħidulek sangwiċ (sandwich), xikapsover (shock absorber) jew tirrejpja r-rigali tal-Milied (imsieken). U l-Ingliżi xejn aqwa minna. 

Ġejja mill-verb spiċċa! Issa moħħi spiċċut ta’ vera.

5. Pastizz

Pastizz

Din mhix fid-dizzjunarju tal-Ingliż. Imma wasal iż-żmien li jdaħħluha ta. Dejquna jsejħulu cheesecake. Għeżież sinjuri Brittaniċi, intom qatt rajtu cheesecake għamla ta’ rombu tal-għaġina mimli bil-piżelli, bl-irkotta jew bl-inċova u b’nofs litru żejt, li jista’ jirreferi wkoll għall-parti tal-mara u għal xi ħadd rieqed, ċapsu, mejjet ħaj? Le hux. Mela daħħluha fid-dizzjunarju. U ibdew użawha! Eh u bilħaqq, il-plural mhux pastizzis.

Thank you Kelma Kelma for your help with this article. If you like this post, be sure to check out their Facebook page. 

READ NEXT: 9 Lessons We Learnt From ‘The People Of Malta’

You may also love

View All