د . إAEDSRر . س

70,000 Ruħ Xebgħu Mill-PL U l-PN: Malta Lesta Għal Partit Politiku Ġdid?

Article Featured Image

Jekk ħsibt li 40,000 votanti jistgħu joħolqu bidla radikali fil-pajsaġġ politiku ta’ Malta, aħseb u ara x’impatt 70,000 jistghu’ jkollhom fuq il-pajjiż. Qatt ma kien hemm żmien aħjar għal partit ġdid biex jidħol fit-taqtigħa u jaħtaf l-opportunità.

Il-Partit Laburista se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali din id-darba, m’hemmx dubju dwar dan. Iżda stħarriġ ta’ Misco kkummissjonat minn Lovin Malta għamel enfasi fuq numru li dejjem qed jiżdiedu ta’ votanti inċerti u diżillużi li huma għatxana għal direzzjoni ġdida.

11% tan-nies mhux ser imorru jivvutaw, b’ċifri ta’ parteċipazzjoni bikrija fil-votazzjoni jindikaw li n-numru jista’ jkun saħansitra ogħla. Kważi 17% tal-poplu jgħidu li la jridu lil Robert Abela u lanqas lil Bernard Grech bħala l-Prim Ministru tagħhom.

U mhumiex biss il-mexxejja li huma l-problema, b’iktar minn 22% tal-poplu jħossu li la l-PN u lanqas il-PL mhuma qegħdin isolvu l-kwistjonijiet tagħhom, filwaqt li 22% oħra jħossuhom kompletament indifferenti dwar is-sitwazzjoni.

70,000 persuna huma forza politika li tista’ twassal għal bidla paradigmatika fl-istaġnar politiku attwali ta’ Malta. Huwa ġgant rieqed li qiegħed  jistenna biss li jitfaċċa moviment xieraq li jqajmu mir-raqda. Kulma jeħtieġ huwa mexxej attwali.

Mingħajr għażla reali fejn wieħed idur, il-votanti qed jitħallew mingħajr għażla jew interess fil-kampanja elettorali. U filwaqt li ħafna minnhom sempliċiment se jduru lejn drawwiet qodma meta jasal s-26 ta’ Marzu, dan ikun rilevanti għal numru sinifikanti ta’ nies li huma għajjenin u mxebba’ bil-politika bla ħeġġa tal-partiti ewlenin.

Madwar 20% tan-nies huma tant maqtugħin li sempliċement mhumiex interessati fl-elezzjoni u filwaqt li l-kriżi fl-Ukrajna u għadd ta’ kwistjonijiet oħra jistgħu jkunu qed jikkontribwixxu għal dan in-numru, dan m’għandux jaffettwa in-nuqqas ta’ konnessjoni bejn ż-żewġ partiti ewlenin u l-perċentwal tal-elettorat li dejjem qed jikber.

Il-grupp kurrenti ta’ partiti politċi iżgħar f’Malta mhumiex it-tweġiba u qed ikomplu isofru taħt il-piż li huma movimenti b’pjattaforma waħda żgħira li malajr tindifen mill-partiti ewlenin.

Avolja l-AD ilha fix-xena politika għal madwar 40 sena, il-partit għadu qatt ma rebaħ siġġu fil-parlament, minkejja tentattivi numeruħi biex tagħmel dan. Arnold Cassola u Harry Vassallo, pereżempju, fil-passat għamlu xi gwadanji f’elezzjonijiet uniċi fil-passat iżda ma rnexxilhomx jibnu movimenti politiċi fit-tul.

Partiti terzi Maltin s’issa ħarġu ta’ dilettanti u ma irnexxilhomx jikkonvinċu lill-votanti dwar il-ħila tagħhom li jiggvernaw. U din id-darba mħux ser ikun hemm differenza, bil-partiti politiċi żgħar ta’ Malta kollettivament jaqgħu taħt biss 2% tal-voti totali

Madankollu, il-falliment tal-partiti ż-żgħar m’għandux jikkundanna partiti ġodda milli jirnexxu. Fl-Italja u fi Franza, partiti politiċi ġodda qamu u ħadu f’idejhom is-sistema kollha, wara rifjutar tal-politika ġenerali li infirxet sew. Għaliex ma jistax jiġri l-istess hawnhekk?

Il-politika hija iebsa u se teħtieġ sagrifiċċji bla qies minn dawk involuti – iżda b’tant żgħażagħ għatxana għall-bidla li qiegħdin jingħaqdu ma’ partiti politiċi, forsi l-ideja għandha tkun li jinġabru r-riżorsi flimkien biex tinħoloq xi ħaġa kompletament ġdida.

Pero, ħafna iktar faċli li tgħidha milli twettaqha u mexxejja politiċi ispiranti sempliċiment ma jaqgħux mis-sema. Madankollu, m’hemmx għalfejn tħares ’il bogħod biex tara kemm kienu ta’ suċċess movimenti simili fil-livell lokali f’pajjiżi oħra.

Irrispettivament minn jekk taqbilx jew le ma’ Donald Trump, Brexit, Macron, Cinque Stelle jew Lega –kull wieħed minnhom wera kemm dan jista’ jseħħ. U jekk taħseb li l-partitarji tagħhom huma bl-għamad u injoranti – forsi inti għandek minflok tistaqsi lilek innifsek għaliex m’intix qed tieħu sehem aktar dirett?

Naturalment, dak il-grupp ta’ nies mhuwiex monolitiku fil-ħsieb u jaqsmu opinjonijiet radikalment diversi dwar kwistjonijiet kruċjali. Iżda għandhom viżjoni komuni ta’ bidla f’pajjiż li ra l-għoli tal-ħajja jispara ’il fuq sew filwaqt li l-identità u l-wirt tagħna qed jitkissru fix-xejn.

Ikun hemm ġlieda minħabba n-nuqqas ta’ twemmin komuni iżda bidu ġdid għalkollox ċertament jagħmel xogħolhom aktar faċli fil-konvinzjoni tan-nies li huma lesti li jiggvernaw.

Partit ġdid lanqas biss għandu bżonn jirbaħ dawn is-70,000 vot kollha iżda pjuttost jeħtieġ li jikkapitalizza fuq il-momentum ta’ anki frazzjoni ta’ dawk il-vuċijiet biex eventwalment jiġbed nies li qegħdin barra minn dan in-numru.

Għal madwar 20%, il-PN u l-PL sempliċiment imorru kontra l-viżjoni politika tagħhom, li hija kundanna serja tal-partiti nnifishom, li donnhom  jattiraw lin-nies biss billi jwegħduhom pożizzjonijiet jew kuntratti tal-gvern. 

Li toffrilhom xi ħaġa ġdida tista’ tkun ix-xrara għal forza politika ġdida.

La l-PN u lanqas il-PL mhuma se jinbidlu – minkejja l-wegħdiet li se jagħmlu dan. Sfortunatament, l-istorja wriet li proponimenti kbar fl-oppożizzjoni rari jissarrfu f’azzjoni ladarba jiksbu l-poter.

Għalfejn għandhom jagħmlu hekk meta l-qagħda dejjem hi favur tagħhom? Il-politiċi jgħixu minn sistema ta’ pjaċiri u ftit li xejn responsabbiltà – il-bidla fis-sistema tmur direttament kontra l-interessi tagħhom. 

’Il fuq minn 100 sena ta’ supremazija tal-PN u l-PL ħolqot atmosfera politika tossika fejn eluf ma jistgħux jaraw lil hinn mill-aħmar jew blu. U ma tistax tagħtihom tort.

Iż-żewġ partiti vvelenaw fomm eluf ta’ nies fil-pajjiż wara għexieren ta’ snin ta’ korruzzjoni, skandlu u abbuż ta’ poter. L-azzjonijiet tagħhom għamlu d-djalogu impossibbli u mbagħad sfruttawh, u użawh għall-benefiċċju tagħhom.

Agħar minn hekk, għandhom magni ta’ propoganda rfinati sew li huma maħsuba biex jgħawġu d-diskors politiku – dan kollu bil-barka tal-Awtorità tax-Xandir, li l-PN u l-PL, oħroġ il-għaġeb, jikkontrollaw.

Huwa għalhekk li wasal iż-żmien għal moviment politiku ġdid – wieħed imwieled mill-għatx li dak li jkun jara li l-kwistjonijiet li verament jolqtuna jsiru prijorità fil-pajjiż 

Il-korruzzjoni, il-qerda ambjentali, il-kleptokrazija u l-wegħdiet foloz huma kif jiżvolġu l-affarijiet f’Malta. U filwaqt li xi nies jistgħu jkunu għadhom qed idoqqu d-daqqa tal-aħmar u l-blu, hemm ħafna oħrajn li jridu bidla radikali fil-politika Maltija.

U filwaqt li jista’ jkun tard wisq biex issir bidla kbira fis-26 ta’ Marzu, iż-żerriegħa nżergħet biex tinbet forza politika reali.

Dak kollu li hemm bżonn huwa li grupp xieraq ta’ nies jinġabar wara mexxej ta’ ispirazzjoni u jaħtfu l-opportunità li ngħatatilhom fuq platt mill-klassi politika attwali.

This translation was done in collaboration with Translation Bee, an independent website that offers fast, reliable and secure translations simply by uploading your documents to their platform.

Tivvota kieku għal partit politiku ġdid?

READ NEXT: Hey Malta! Today Is Your Last Chance To Collect Your Voting Documents

Julian is the former editor of Lovin Malta and has a particular interest in politics, the environment, social issues, and human interest stories.

You may also love

View All