د . إAEDSRر . س

Erba’ Raġunijiet Għaliex Malta Għandha Tikkunsidra Li Tneħħi l-Bullettin Ta’ Kuljum Dwar il-COVID-19

Article Featured Image

Hekk kif Malta qed tersaq lejn it-tieni sena tagħha kif tittratta l-pandemija tal-COVID-19, l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw li jieħdu deċiżjoni li kienet tkun inkonċepibbli ftit ta’ żmien ilu biss.

Minħabba li r-restrizzjonijiet lokali qed jittaffew minkejja ż-żieda fil-każijiet u d-dinja qed timxi f’direzzjoni ċara ħafna ’l bogħod mir-restrizzjonijiet, wasal iż-żmien li nistaqsu dwar il-futur tal-bullettin ta’ kuljum tal-Ministeru tas-Saħħa dwar il-COVID-19.

Il-bullettin diġà għadda minn numru ta’ bidliet f’dawn l-aħħar sentejn, bl-għadd ta’ każijiet fl-isptarijiet u l-vaċċini miżjuda miegħu kuljum u ċ-ċifri tal-ittestjar imneħħija.

Din hija r-raġuni għaliex l-awtoritajiet issa għandhom jikkunsidraw li jneħħuh għal kollox.

1. In-numri ma jgħidux l-istorja kollha

Għandu jkun ovvju issa li l-bullettin saħħa ma jagħtix stampa preċiża tas-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’Malta.

Peress li ħafna każijiet huma ħfief fis-sintomi jew asintomatiċi, huwa ċar li ħafna każijiet għaddejjin kompletament mhux irrappurtati, partikolarment issa li l-ittraċċar tal-kuntatti ġie mtaffi u kuntatti mlaqqma ta’ każijiet pożittivi m’għad għandhom bżonn li jqattgħu ebda ħin fil-kwarantina.

Il-każijiet fl-isptarijiet, l-ITU u ċ-ċifri tal-mewt jistgħu jkunu aktar indikattivi tas-severità tal-pandemija, iżda sfortunatament dawn iċ-ċifri jistgħu jkunu qarrieqa.

Xahrejn ilu biss, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci kkonfermat li 60% tal-każijiet pożittivi fl-Isptar Mater Dei ġew ammessi għal kundizzjonijiet oħra iżda rriżultaw pożittivi għall-virus malli ġew ammessi.

Bl-istess mod, mhux kulħadd elenkat bħala mewta COVID-19 fil-fatt miet bħala riżultat tal-virus, xi ħaġa li l-awtoritajiet tas-saħħa ripetutament enfasizzaw iżda li kontinwament titħalla f’ambigwità fil-bullettin ta’ kuljum.

2. Il-maġġoranza l-kbira tal-każijiet mhumiex serji

Is-sitwazzjoni bl-ebda mod ma hi mwiegħra daqs kemm kienet f’Marzu 2020, meta l-Prim Ministru Robert Abela – fi kliemu stess – qal li beża’ li  litteralment quddiem Kastilja jispiċċaw munzelli ta’ mejtin jekk ma jordnax kważi-lockdown.

Minn dak iż-żmien, ingħataw numru kbir ta’ vaċċini u l-virus innifsu evolva f’varjant anqas sever u aktar trasmissibbli.

Dan jidher fin-numri wkoll.

Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa, hemm 2,244 każ attiv, li minnhom wieħed biss qed jirċievi kura intensiva, perċentwal ta’ 0.04%. Dan huwa bil-bosta differenti minn f’Diċembru 2020, fejn kien hemm 2,086 każ attiv u 19-il pazjent fl-ITU, perċentwal ta’ 0.9%.

Il-każijiet fl-isptarijiet baqgħu relattivament baxxi għal dawn l-aħħar xhur, u dan jindika li Malta rnexxielha tgħaddi l-istaġun tax-xitwa relattivament mingħajr ħafna danni.

Pajjiżi oħra għaddew minn dan il-fenomenu, b’razza tal-virus anqas perikoluża u rati għolja ta’ tilqim it-tnejn jiġu kkwotati bħala raġunijiet.

3. Qed joħolqu biża’ bla bżonn

Kull meta n-numri tal-COVID-19 jibdew jiżdiedu, huwa inevitabbli li d-diskussjoni pubblika ddur fuq jekk il-gvern għandux jimponi restrizzjonijiet ġodda jew le… anki għalkemm l-aħħar mewġa ntgħelbet bi ftit li xejn restrizzjonijiet.

Jidher ċar li l-gvern ma jħossux inkwetat dwar il-pandemija.

Il-festini fit-toroq qegħdin isiru, il-pulizija qed tagħlaq għajnejha għal avvenimenti bilwieqfa minkejja l-fatt li għadhom illegali, u anki dawk li attendew għal laqgħat politiċi tal-massa organizzati mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ġew innutati li qed jiksru r-regoli.

L-Oppożizzjoni lanqas biss indenjat ruħha tipprova tieħu vanaġġ politiku… fil-fatt ikkritikat lill-gvern talli ma rrilassax ir-restrizzjonijiet malajr biżżejjed waqt li Bernard Grech tħallat mingħajr maskra ma’ min kien qed jiċċelebra l-festini fit-toroq.

Madankollu, l-attitudnijiet jistgħu jinbidlu malajr ħafna meta jidħol il-biża’u  l-U-turn  tal-gvern fuq iċ-ċertifikati tal-vaċċini f’Jannar li għadda, imħabbar ftit jiem biss wara li r-regoli ġew fis-seħħ, turi kemm l-opinjoni pubblika tista’ tkun b’saħħitha fir-rigward tal-politika tal-COVID-19.

4. Ix-xjenzjati xorta se jkollhom aċċess għad-dejta

It-tneħħija gradwali tan-numri ta’ kuljum ma jfissirx li d-dejta mhux se tibqa’ teżisti, sempliċiment mhux se tiġi aġġornata u kondiviża kontinwament għall-konsum tal-pubbliku inġenerali.

Forsi tista’ wkoll tkun kontinwament disponibbli għall-pubbliku, iżda fuq sit elettroniku tal-gvern li n-nies innifishom jistgħu jfittxu mingħajr ma tkun kondiviża u mifruxa fuq il-midja soċjali fl-istess ħin kuljum.

Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u x-xjenzjati xorta jkollhom aċċess għan-numri, u b’hekk ikunu jistgħu jirreaġixxu jekk qatt ikun hemm bżonn.

Probabbilment tkun aktar ġusta fuqhom ukoll, billi dan jippermettilhom jirreaġixxu abbażi ta’ evidenza purament xjentifika, ħielsa mill-pressjoni tal-opinjoni pubblika.

L-awtoritajiet tas-saħħa ta’ Malta ħabbru diversi aspetti tal-pjan ta’ ħruġ mill-pandemija tagħha, bil-punti ta’ referenza li jmiss ikunu r-ritorn uffiċjali ta’ avvenimenti bilwieqfa u t-tneħħija ta’ maskri obbligatorji fl-iskejjel.

It-tneħħija gradwali tal-aġġornamenti ta’ kuljum għandha tkun parti mill-pjan. Tista’ tibda billi jibda jsir aġġornament ta’ kull ġimgħa, imbagħad aġġornament ta’ kull xahar, u eventwalment aġġornament ta’ kull sena, flimkien mal-istatistika dwar mard ieħor.

Dan se jkun punt ta’ referenza kruċjali fil-ġlieda tal-pajjiż kontra l-pandemija.

This translation was done in collaboration with Translation Bee, an independent website that offers fast, reliable and secure translations simply by uploading your documents to their platform.

Għandha Malta tneħħi gradwalment l-aġġornamenti ta’ kuljum tagħha dwar il-COVID-19?

READ NEXT: District Spotlight: 15 PN Candidates Battle It Out On Malta’s 9th District 

Tim is interested in the rapid evolution of human society and is passionate about justice, human rights and cutting-edge political debates. You can follow him on Instagram or Twitter/X at @timdiacono or reach out to him at [email protected]

You may also love

View All