د . إAEDSRر . س

Id-Distakk Bejn Il-PL U l-PN Kapaċi Jaqbeż It-30,000 Vot Imma Ħafna Għadhom Mhux Deċizi

Article Featured Image

Il-Partit Laburista ta’ Malta bħalissa qiegħed jgħaddi lill-PN bi 11%, distakk ta’ aktar minn 30,000 vot, iżda votanti mhux deċiżi u nies li m’għandhomx il-ħsieb imorru jivvutaw jista’ jkollhom effett kbir fuq ir-riżultat tal-elezzjoni.

Meta fadal ġimgħa mill-kampanja elettorali, stħarriġ tal-Misco kkummissjonat minn Lovin Malta żvela li madwar 44% bħalissa jappoġġjaw il-PL, meta mqabbel ma’ 33% għall-PN.

Madankollu, 11% qalu li mhux se jivvutaw din id-darba, filwaqt li t-13% li jifdal irrifjutaw li jiżvelaw l-intenzjoni tagħhom kif se jivvutaw.

2% biss qalu li se jivvutaw għal partiti ż-żgħar, li jkomplu jonqsu milli jagħmlu impatt fl-elezzjonijiet nazzjonali.

Fl-2017, il-Partit Laburista rebaħ bi ftit aktar minn 35,000 vot, biex b’hekk żied il-marġni tiegħu fuq ir-rebħa elettorali kbira tiegħu fl-2013. Jidher li d-distakk se jonqos din id-darba, iżda bi kważi 25% tal-voti mhux ċerti, ir-riżultat jista’ jibqa’ missielet.

Kważi 45% tal-votanti l-ġodda rrifjutaw li jgħidu lil min se jivvutaw jew sempliċiment mhux se jivvutaw. U filwaqt li l-PN għandu vantaġġ żgħir fuq votanti ġodda, jidher li maġġoranza kbira minnhom huma diżillużi bis-sistema attwali.

Indikazzjoni potenzjali lejn fejn qed ixaqilbu l-votanti inċerti għal nhar is-26 ta’ Marzu hija fost dawk li wieġbu li jiddispjaċihom mill-għażla tagħhom fl-2017.

Madwar 9% ta’ dawk li wieġbu qalu li jiddispjaċihom mill-għażla tagħhom fl-2017, li l-maġġoranza tagħhom kienu vvutaw għall-Partit Laburista (56%). Sadanittant, 32% ta’ dawk li wieġbu fil-fatt iddispjaċihom li vvutaw PN fl-2017, u dan juri li ż-żewġ partiti tilfu xi ftit mill-appoġġ tagħhom.

Madankollu, jidher li ħafna li ddispjaċihom mill-vot tagħhom fl-2017 sempliċiment mhux se jmorru jivvutaw din id-darba. Kważi 44% tan-nies li ddispjaċihom mill-vot tagħhom fl-2017 qalu li mhux se jivvutaw din id-darba.

Fil-fatt, id-distakk bejn il-PN u l-PL huwa pjuttost ugwali meta jiġu analizzati dawk li ddispjaċihom mill-vot tagħhom mal-intenzjonijiet tal-vot tagħhom għall-2022. Madwar 21% qalu li se jivvutaw għall-PL, filwaqt li 20% qalu li se jivvutaw għall-PN.

Li hu ċar hu li minkejja l-intenzjonijiet tal-vot, maġġoranza kbira tal-poplu temmen li l-Partit Laburista se jirbaħ l-elezzjoni. L-għadd kbir ta’ 85% ta’ dawk li wieġbu qalu li l-partit fil-gvern se jkompli jiggverna, biex b’hekk ikkonferma l-istatus tal-PN li dan qiegħed minn taħt.

Xorta waħda, maġġoranza akbar għall-PL tidher improbabbli bi 82% ta’ dawk li wieġbu jgħidu li l-partit mhux se jżid id-distakk tiegħu din id-darba.

Robert Abela jibqa’ jerbaħ bi kbir fuq Bernard Grech fil-klassifikazzjonijiet tal-fiduċja biex isir Prim Ministru ta’ Malta

Il-Prim Ministru Robert Abela jkompli jirbaħ bi kbir fuq il-mexxej tal-PN Bernard Grech fil-klassifikazzjonijiet ta’ fiduċja. Madankollu, minoranza dejjem tikber ta’ nies sempliċement mhumiex kuntenti biż-żewġ mexxejja politiċi.

Stħarriġ tal-Misco ikkummissjonat minn Lovin Malta żvela li 51% ta’ dawk li wieġbu jridu lil Abela bħala l-Prim Ministru tagħhom wara l-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu, meta mqabbel mat-32% ta’ Grech. Madankollu, kważi 17% qalu li ma riedu l-ebda wieħed minnhom.

Fil-fatt, dawk li wieġbu taw tweġiba nieqsa mill-entużjażmu meta kklassifikaw il-mexxejja tal-partit. Abela ngħata klassifikazzjoni ta’ 6.6, ftit ogħla mill-medja, filwaqt li Grech kiseb klassifikazzjoni ta’ 5.

Jidher li l-partitarji tal-Partit Laburista huma ferm aktar kuntenti bil-mexxej tagħhom meta mqabbla mal-kontropartijiet tagħhom fil-PN. Ftit inqas minn 50% tal-partitarji tal-Partit Laburista taw lil Abela 10 punti, filwaqt li 20% taw punteġġ perfett lil Grech.

Naturalment, dan jirrifletti il-lealtà ferventi tal-partitarji, li xi drabi jsegwu b’mod għami lill-mexxejja rispettivi tagħhom.

Grech għad għandu ċerta tama li tinqaleb il-folja favurih b’segmenti kbar li għadhom mhumiex deċiżi dwar kif jipperċepixxu l-mexxej tal-PN li għadu relattivament ġdid. Dan jista’ jkollu effett fuq ir-riżultati. Madankollu, b’dibattitu wieħed biss li fadal bejn iż-żewġ mexxejja, jidher li huwa daqsxejn tard wisq biex tinqaleb il-folja b’mod sinifikanti.

Jidher li l-irġiel għandhom it-tendenza li jkollhom fehma aktar favorevoli ta’ Abela min-nisa, li jxaqilbu aktar lejn Grech.

Madankollu, huwa ċar li ż-żewġ mexxejja qed iħallu impatt kbir fuq in-numru dejjem jikber ta’ votanti f’Malta li ma jridux jivvutaw. Kważi 50% tal-votanti mhux deċiżi qalu li ma riedu l-ebda wieħed mit-tnejn bħala Prim Ministru, żieda mill-40% tal-2017.

Skont l-istħarriġ ta’ Lovin Malta, il-Partit Laburista qiegħed jgħaddi lill-PN b’distakk ta’ 11%. Madankollu, kważi 25% ta’ dawk li wieġbu qalu li jew ma kinux se jivvutaw (11%) jew irrifjutaw li jiżvelaw kif se jivvutaw (13%).

Jidher li l-klassifikazzjonijiet ta’ fiduċja rispettivi tal-mexxejja jistgħu jagħtu indikazzjoni lejn fejn se jiġbdu l-votanti mhux deċiżi, li se jkollhom influwenza kbira fuq din l-elezzjoni.

Dan l-istħarriġ sar fost kampjun każwali ta’ 457 li wieġbu bejn id-9 ta’ Marzu u l-11 ta’ Marzu. Saru intervisti fuq it-telefown minn intervistaturi mħarrġa taħt is-superviżjoni diretta tal-koordinaturi tal-MISCO. Dawk li wieġbu ntgħażlu billi ntuża l-metodu ta’ ddaljar telefoniku każwali (RDD). B’kollox ġew ikkuntattjati 574 persuna biex jinkiseb kampjun ta’ 457 persuna li wieġbu.

Kampjun ta’ 457 jipprovdi marġini ta’ żball ta’ ±4.7%. Madankollu, meta wieħed japplika l-effiċjenza tal-ippeżar li tirriżulta mill-ippeżar tad-data skont l-età, is-sess u r-reġjun, il-marġni ta’ żball jiżdied għal ±5.4%. L-effiċjenza tal-ippeżar hija l-ammont ta’ ċaqliq li kellu jsir biex il-kampjun jiġi allinjat mad-data attwali tal-popolazzjoni.

This translation was done in collaboration with Translation Bee, an independent website that offers fast, reliable and secure translations simply by uploading your documents to their platform.

READ NEXT: Corruption Ranked As Malta’s Biggest Problem With Cost Of Living Most Pressing Personal Concern  

Julian is the former editor of Lovin Malta and has a particular interest in politics, the environment, social issues, and human interest stories.

You may also love

View All