5 kelmiet ivvintati 18+
Għandna grupp ta’ kliem ivvintat, aktarx miż-żgħażagħ, li m’għandux tifsira vera u proprja. Qiegħed hemm biex jirrima ma’ xi espressjoni vulgari.
Dan il-kliem isir bħal kodiċi sigriet għall-klikka li tużah. Ħafna drabi nużawh biex inwaqqgħu għaċ-ċajt lil dak li jkun, speċjalment jekk ma jkunx jagħmel parti mill-grupp, li malli jisma’ l-kelma jistaqsi, “Xi tfisser?”, u talli kien kurjuż, ilaqqat tweġiba umoristika u baxxa (u meta ngħid baxxa, jiġifieri jekk taqrahom, mur qerr).
1. Otorġu
Daħħlu f’s*rmok u erġa’ oħorġu.
Tingħad ukoll lil min iweġġa’ sebgħu
2. Żlaċċu
Iż-żlieġa tal-paċċu jew l-għaraq ta’ mal-paċċu.
Dwar il-parti tal-mara hemm ukoll:
Fgoru: għ*xx ta’ soru
Garibaldi: l-għaraq ta’ bejn il-faldi
3. Trejża
It-tielet żejża.
M’għandix xi nżid.
4. Wied Gormi
Bejn il-b*jd u x-xaqq ta’ s*rmi.
Tmurx tfittxu fuq Google Maps.
5. Pjoti
Ż*bb imqatta’ roti roti
Dwar il-parti tar-raġel hemm ħaaaafna oħrajn. Fosthom:
Trumpant: ż*bb ta’ ljunfant
Qronta: ż*bb bil-ponta
Ċoqmos: ż*bb joqmos
Semel: ż*bb ta’ ġemel
Xkupetru: ż*bb ta’ skanetru (skeletru)
Ganu: ż*bb ta’ nanu
Paladin: ż*bb ta’ xadin
Argastru: ż*bb ta’ granmastru