Ħaġa Moħġaġa Doppju Sens

Editorial note: due to formatting, the Maltese characters only show up on mobile.
1. Twil, jibda bir-ras, jispiċċa bil-bajd.
Ir-Randan. Mhux ovvja?
2. Żaqqek ma’ daharha u b’subgħajk tagħraxha.

Kitarra.
3. Raġel iġibha, tifel ma jġibhiex. Tibda bil-L, tispiċċa bl-A. X’inhi?

Il-liċenzja. Fejn sejjer b’rasek?
4. Xofftok ma’ xoffitha, u sebgħek ġo toqbitha. X’inhi?
Kikkra. Xi ħsibt?
5. Ta’ Borg Olivier twil. Ta’ Gonzi qasir. Ir-raġel itih lill-mara meta jiżżewġu. Is-sorijiet m’għandhomx. Il-patrijiet għandhom. Il-papa għandu wieħed imma ma jużahx.

Kunjom. Ħeqq xi tridu jkun?
6. Tgħaddih minn bejn sidrek u ddaħħlu ġo toqba. X’inhu?

Is-seat belt. Mur aħsel moħħok.
7. Daqqa iebes, daqqa artab. Jibda biż-Ż jispiċċa bil-B.

Żbib. Ħaħa, qbadtek!
8. Abjad, karti mhuwiex. Iwaħħal, kolla mhuwiex. Aħjar tobżqu milli tibilgħu.
It-toothpaste. Il-Magħtab lanqas jibda ma’ moħħok.
9. Jidħol xott, joħroġ imxarrab. Jidħol iebes, joħroġ artab.
L-għaġin jew il-biskuttell li tbill fit-te.
10. Iddum biex iġġibha. U meta ġġibha ttajjarha mill-ewwel.
